Anzjana Titlef Ħajjitha Wara Li Nqabdet Bejn Ħajt U L-Karozza Tagħha Stess F’Tas-Sliema
Anzjana ta’ 75 sena minn Tas-Sliema tilfet ħajjitha traġikament wara li nqabdet taħt il-karozza tagħha stess.
L-aċċident seħħ llum għall-ħabta tal-5pm, fi Triq San Publiju, Tas-Sliema stess.
Il-Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ jidher li l-mara ħarġet mill-karozza, Toyota Aygo, li kienet qed issuq. Għal xi raġuni l-karozza mxiet il-quddiem bil-konsegwenza li l-mara spiċċat maqbuda taħt l-istess vettura, li waqfet ma’ ħajt.
Tim mediku kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili bdew jassistu lill-vittma minnufih iżda sfortunatament ftit tal-ħin wara kienet iċċertifikata mejta fuq il-post.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Lara Lanfranco li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.