Ara: Ir-Rigal Li Papa Franġisku Ppreżenta Lill-President Ta’ Malta Lbieraħ

 Ara: Ir-Rigal Li Papa Franġisku Ppreżenta Lill-President Ta’ Malta Lbieraħ

Il-Papa Franġisku fl-ewwel żjara tiegħu ftit wara li wasal f’Malta, fil-Palazz tal-Gran Mastru lbieraħ filgħodu ppreżenta midalja bħala rigal lill-President ta’ Malta, Dr George Vella.

Il-midalja turi l-istatwa ta’ San Pawl tal-Katidral tal-Mdina. F’riġlejh, hemm il-lifgħa li ħarġet min-nar u gidmitlu idu mingħajr ma kkaġunatlu ebda ħsara. Fuq ix-xellug tal-munita hemm il-koppla tal-Katidral ta’ Malta, li lil hinn minnha hemm veduta tal-gżira.

Fuq il-lemin hemm is-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu fuq il-gżira Għawdxija, bil-pruwa ta’ dgħajsa fuq quddiem tal-munita, li jfakkru l-iżbark ta’ San Pawl f’Malta flimkien mal-priġunieri l-oħra li baqgħu ħajjin fin-nawfraġju. L-isem u d-dati tal-Vjaġġ Appostoliku jidhru fuq, bis-sena taħt.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com