Ara: It-Traġedja Tal-Vulcan U Bieb Hompesch Impinġija Fuq Idu

 Ara: It-Traġedja Tal-Vulcan U Bieb Hompesch Impinġija Fuq Idu

Ma tistax tgħid li mhux Żabbari!

Ftit tal-ħin ilu Lyon Desira fuq il-mezzi soċjali tiegħu għadu kemm qasam filmat tat-tpinġija fuq idu li għadu kemm lesta.

Din turi uħud minn postijiet storiċi u importanti f’Ħaż-Żabbar bħal bieb ta’ Hompesch kif ukoll episodji li baqgħu ttimbrati fl-istorja bħat-traġedja tal-ajruplan Vulcan li sploda u ġġarraf fuq din il-lokalità. Kien l-14 ta’ Ottubru tal-1975, dakinhar kienu mietu sitta u ndarbu għoxrin Żabbari.

Din it-tpinġija dettaljata ferm hija tal-artist Shawn Grech.

Ara l-filmat: 

Għandek xi tpinġija fuqek? Jew fuq ħaddieħor biss togħġbok?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com