Ara Kif Ħa Jkun It-Temp Matul Il-Ġimgħa Mqaddsa
Wara nuqqas ta’ sentejn mill-purċissjonijiet tradizzjonali tant mistennija tal-Ġimgħa l-Kbira, jidher li t-temp se jkun tajjeb fl-ewwel jumejn tal-Ġimgħa Mqaddsa, però minn nhar l-Erbgħa jidher li t-temp se jkun imsaħħab u ċlampu bil-biċċa l-kbira tiegħu b’riħ qawwi.
Jidher li pressjoni baxxa Nord-Afrikana li se tara l-ġenesi tagħha fuq l-Alġerija ser tintensifika hekk kif tkompli tersaq lejn il-Lvant.
𝗜𝗧-𝗧𝗡𝗘𝗝𝗡 𝟭𝟭/𝟰
Temp: Il-biċċa l-kbira xemxi; isir ftit imsaħħab 🌤
Riħ: Moderat (F4) mix-Xlokk il-Lvant (ESE) ⬅️
Temperaturi: ⏫17°C ⏬11°C
𝗜𝗧-𝗧𝗟𝗜𝗘𝗧𝗔 𝟭𝟮/𝟰
Temp: Bnazzi ⛅️
Riħ: Moderat (F4) mix-Xlokk il-Lvant (ESE) ↖️
Temperaturi: ⏫17°C ⏬13°C
𝗟-𝗘𝗥𝗕𝗚Ħ𝗔 𝟭𝟯/𝟰
Temp: Imsaħħab u ċlampu ☁️🌥
Riħ: Ftit qawwi għal qawwi (F5-6) mil-Lvant (E) ⬅️
Temperaturi: ⏫17°C ⏬14°C
𝗜𝗟-Ħ𝗔𝗠𝗜𝗦 𝟭𝟰/𝟰
Temp: Imsaħħab u ċlampu ☁️
Riħ: Qawwi (F6-7) mil-Lvant (E) ⬅️
Temperaturi: ⏫17°C ⏬15°C
𝗜𝗟-𝗚̇𝗜𝗠𝗚Ħ𝗔 𝟭𝟱/𝟰
Temp: Imsaħħab u ċlampu ☁️🌥
Riħ: Qawwi ħafna (F7-8) mill-Grieg il-Lvant (ENE) ⬅️
Temperaturi: ⏫17°C ⏬15°C
𝗜𝗦-𝗦𝗜𝗕𝗧 𝟭𝟲/𝟰
Temp: Ġeneralment imsaħħab, bi ftit xita 🌧 (65%)
Riħ: Qawwi għal qawwi ħafna (F6-7) mill-Grigal (NE) ↙️
Temperaturi: ⏫18°C ⏬14°C
𝗜𝗟-Ħ𝗔𝗗𝗗 𝟭𝟳/𝟰
Temp: Ftit imsaħħab ⛅️
Riħ: Moderat (F4-5) mill-Majjistral (NW) ↘️
Temperaturi: ⏫19°C ⏬12°C
🌊 It-temperatura tal-baħar se tkun mal-medja: 16°C