Ara: Malta Tilqa’ Lill-Papa Franġisku

 Ara: Malta Tilqa’ Lill-Papa Franġisku

Il-Papa Franġisku beda l-Vjaġġ Appostoliku tiegħu f’Malta u jinsab fi triqtu lejn il-Belt Valletta.

Il-Papa ġie milqugħ minn żewġt itfal, bl-isem ta’ Sam Pisani Bonello ta’ tmien snin u Amy Lyons ta’ sitt snin. Sam għandu l-epilessija waqt li Amy għelbet il-marda tal-leukemia.

Huwa mistenni li fil-10:50am il-Papa jasal fil-Belt Valletta fejn se jkun qed jagħmel żjara ta’ korteżija lill-President tar-Repubblika George Vella fis-Sala tal-Ambaxxaturi, fil-Palazz tal-Gran Mastru.

Għall-ħabta tal-11:35am il-Papa Franġisku se jkollu laqgħa mal-Prim Ministru Robert Abela fis-Sala tal-Paġġi u għall-ħabta tal-11:50am se tkun qed isir laqgħa mal-Awtoritajiet u l-Korp Diplomatiku ta’ Malta fis-Sala tal-Gran Kunsill tal-Palazz tal-Gran Mastru.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com