Ara Min Huma T-8 Deputati Tal-PL Li Telgħu Fl-Elezzjonijiet Każwali

 Ara Min Huma T-8 Deputati Tal-PL Li Telgħu Fl-Elezzjonijiet Każwali

L-Elezzjoni Każwali li saret dalgħodu biex jkunu eletti tmien Deputati oħra tal-Partit Laburista għada kemm ġiet fi tmiem.

B’kollox ġew sottomessi 38 nominazzjoni minn Kandidati Laburisti biex jintlew 8 siġġijiet.

Ara l-lista sħiħa tad-Deputati Eletti:

Fit-Tieni Distrett – Il-post li ċeda l-Ministru Clyde Caruana

Ġie Elett Glenn Bedingfield.

Fit-Tielet Distrett – Il-post li ċeda l-Ministru Owen Bonnici

Ġie Elett Raymond Abela.

Fir-Raba’ Distrett – Il-post li ċeda d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne

Ġiet Eletta Katya De Giovanni.

Fil-Ħames Distrett – Il-post li ċeda l-Prim Ministru Robert Abela

Ġie Elett Omar Farrugia.

Fis-Sitt Distrett – Il-post li ċeda l-Ministru Ian Borg

Ġiet Eletta Rosianne Cutajar.

Fis-Seba’ Distrett – Il-post li ċeda l-Ministru Silvio Schembri

Ġie Elett Malcolm Paul Agius Galea.

Fid-Disa’ Distrett – Il-post li ċeddew il-Ministri Michael Falzon u Clifton Grima

Ġiet Eletta Rebecca Buttigieg u Randolph De Battista ġie co-opted.

Fil-Ħdax-il Distrett – Il-post li ċediet il-Ministru Miriam Dalli

Ġiet Eletta Romilda Baldacchino Zarb.

Ritratt: One News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com