Attent Għax Din It-Triq Se Tkun Magħluqa Din Il-Ġimgħa

 Attent Għax Din It-Triq Se Tkun Magħluqa Din Il-Ġimgħa

Infrastructure Malta permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali tagħhom ippubblikat avviż lis-sewwieqa dwar xogħol li se jkun qed isir fit-Telgħa ta’ Sa Maison, fil-Furjana.

Din it-triq se tkun magħluqa bejn illum 11 ta’ April u l-Ħadd 17 ta’ April, fejn se jkunu qed isiru tiswijiet u kisi mill-ġdid tat-triq.

Filwaqt li Infrastructure Malta rringrazzjat lill-pubbliku tal-koperazzjoni, qalet li rotta alternattiva għal din it-triq hija Triq l-Indipendenza.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com