Bernard Grech Jiddikjara L-Interess Tiegħu Għall-Kariga Ta’ Kap Tal-PN
Aktar kmieni illum il-Kummissjoni Eletorali irċeviet minn Dr. Bernard Grech, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, d-dikjarazzjoni ta’ interess għall-kariga ta’ Kap ta’ Partit.
Dan wara li l-Ħadd li għadda beda l-proċess sabiex il-PN jeleġġi mill-ġdid il-Kap tiegħu.
L-istatut tal-PN jirrikjedi li meta jkun hemm telfa, ma jkunx hemm konferma ta’ Kap ta’ Partit iżda jkun hemm elezzjoni mifuħa u trasparenti biex kull min irid jipparteċipa, ikun jista’ jagħmel dan.
Il-formoli jistgħu jibqgħu jinġabru mingħand is-Segretarju Eżekuttiv Organizzattiv Rudolph Marmara kemm fiżikament jew permezz ta’ email mibgħuta lilu fuq l-indirizz [email protected] u d-dikjarazzjoni ta’ interess trid tintbgħat jew tingħata lill-Kummissjoni Elettorali sat-30 ta’ April 2022 fl-12pm.