Bil-Filmat: ‘About Hope’ – Il-Festival Malti Tar-Rebbiegħa (The Malta Spring Festival)

 Bil-Filmat: ‘About Hope’ – Il-Festival Malti Tar-Rebbiegħa (The Malta Spring Festival)

Bl-isem ta’ ‘About Hope’, dan huwa s-16 -il edizzjoni tal-Malta Spring Festival b’10 kunċerti li jvarjaw minn solo, vokali, żfin kontemporanju, u mużika orkestrali fil-Knisja Anglikana ta’ San Pawl fil-Belt Valletta, fis-Soċjetà Maltija tal-Arti, fil-Mużew tal-Arkeoloġija, fil-Każin Malti u fit-Teatru Manoel.

Dawn il-kunċerti ser jinkludu artisti kemm lokali u anke ensembles internazzjonali.

Il-Kunċerti ‘Rising Stars’ li se jkunu fuq bażi ta’ kuljum b’ħin ta’ 45 minuta ser ikunu b’xejn għall-pubbliku filwaqt li l-wirjiet ta’ filgħaxija ser ikunu b’xejn għal dawk taħt is-16-il sena, filwaqt li studenti fid-Dipartiment tal-Arti fl-Università ta’ Malta u fl-MCAST kif ukoll dawk mill-iskola tal-mużika ser igawdu minn 50% skont.

Għall-programm dettaljat żuru: https://www.teatrumanoel.com.mt/?m=shows&id=1020

The Malta Spring Festival qed jittella’ bl-għajnuna tal-Arts Council Malta.

Id-Direttur artistiku huwa Karl Fiorini.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com