Bil-Filmat: Il-Kantant Taljan Blanco Jispiċċa Mal-Art Wara Li Prova Jintelaq Fuq Idejn L-Udjenza

 Bil-Filmat: Il-Kantant Taljan Blanco Jispiċċa Mal-Art Wara Li Prova Jintelaq Fuq Idejn L-Udjenza

Il-kantant popolari Taljan Blanco, rebbieħ ta’ Sanremo ta’ din is-sena spiċċa mal-art waqt li prova jagħmel stage dive waqt kunċert f’Ruma l-Ħadd li għadda.

Il-filmat ta’ dan l-aċċident spiċċa qed idur fuq il-mezzi soċjali bil-kantant prova jintelaq fuq l-udjenza bl-iskop li jmexxuh fuq idejhom. Sfortunatament din l-idea ma’ ħadmitx u spiċċa mal-art flimkien mal-kumplament tan-nies li kienu madwaru.

Jidher li fortunatament ma weġġa’ ħadd għalkemm setgħet kienet agħar, bil-kantant reġa’ tela’ fuq il-palk jiskuża ruħu ta’ dak li prova jagħmel u ma’ rnexxiex.

Ara l-filmat: 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com