Bil-Filmat: Il-Mument Li Ajruplan Tad-DHL Inqasam Min-Nofs Fl-Inżul
Ajruplan tad-DHL ilbieraħ kellu jagħmel inżul t’emerġenza fl-ajruport internazzjonali Juan Santamaria fil-Kosta Rika wara li jidher li kien hemm xi ħsara fl-ajruplan. Huwa kien fi triqtu lejn il-Gwatemala.
Jidher li ftit sekondi wara l-inżul tiegħu l-ajruplan skiddja b’konsegwenza li nqasam min-nofs, bid-denb tal-ajruplan u l-ġwienaħ nkissru.
Fortunatament f’dan l-aċċident ħadd ma weġġa’, għalkemm seta’ kellu konsegwenzi koroh ħafna.
Minħabba dan l-aċċident l-ajruport kellu jingħalaq b’madwar 57 titjira kienet milquta.
Ara l-filmat: