Bil-Filmat: L-Aqwa Mumenti Mill-Ewwel Jum Tal-Papa Franġisku F’Malta
L-ewwel jum tal-Papa Franġisku f’Malta kien wieħed impenjattiv imma żgur li se jibqa’ fil-memorja tagħna b’mumenti tant sbieħ.
Il-Papa Franġisku lbieraħ ingħata merħba sabiħa ferm matul it-toroq kollha li għadda minnhom. Filgħodu kellu laqgħat mal-awtoritajiet tal-pajjiż fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta fejn in-nies setgħu jagħtu merħba sabiħa hekk kif il-Papa daħal fil-Belt Valletta fuq il-Popemobile. Quddiem il-Palazz ġiet organizzata wkoll attività għaż-żgħażagħ fejn il-Papa bierikom mill-gallarija tal-Palazz tal-Gran Mastru.
Aktar tard waranofsinhar il-Papa beda l-vjaġġ tiegħu abbord il-Katamaran Maria Dolores lejn Għawdex, fejn il-poplu Għawdxi ħareġ bi ħġaru jsellem lill-Papa hekk kif kien għaddej mit-toroq miżawda bin-nies lejn is-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu.
Hemmhekk huwa ppreżenta warda tad-deheb quddiem il-kwadru devot tal-Madonna ta’ Pinu, kellu mumenti fis-Santwarju fejn bierek persuni b’diżabilità u morda serjament kif ukoll wara mexxa laqgħa ta’ talb fuq iz-zuntier tas-Santwarju quddiem eluf ta’ nies li attendew.
Il-Papa Franġisku nieżel lura Malta bil-vapur tal-Gozo Channel Ta’ Pinu.
Ara l-filmat:
Ritratt: DOI