Bil-Filmat: L-Ewwel Ftit Mumenti Tal-Papa Franġisku F’Malta

Il-Papa Franġisku hekk kif wasal f’Malta, l-ewwel impenn tiegħu kien fil-Palazz tal-Granmastru, fil-Belt Valletta. Huwa hemmhekk għamel żjara ta’ korteżija lill-President tar-Repubblika George Vella fis-Sala tal-Ambaxxaturi, wara kellu laqgħa mal-Prim Ministru Robert Abela fis-Sala tal-Paġġi.
Il-Papa Franġisku indirizza wkoll lill-Awtoritajiet u l-Korp Diplomatiku ta’ Malta fejn wara ħareġ isellem liż-żgħażagħ li kienu f’Pjazza San Ġorġ, mill-gallarija tal-Palazz.
Ftit tal-ħin ieħor il-Papa Franġisku se jkun qed jibda l-vjaġġ tiegħu lejn Għawdex.
Ara l-filmati:
Ritratt: Matthew Camilleri