Bil-Filmat: Tikka Banda B’Kanzunetta Għall-Paċi Fl-Ukrajna

 Bil-Filmat: Tikka Banda B’Kanzunetta Għall-Paċi Fl-Ukrajna

Din hija s-silta finali u esklussiva bit-titlu “An Instrument of Your Peace” li l-mużiċisti ta’ Tektek Nota ddedikaw waqt l-avveniment volontarju; DMUGĦ INNOĊENTI | żgħażagħ jsejħu għall-paċi u l-imħabba permezz tal-mużika

Ispirata minn San Franġisk ta’ Assisi: Agħmilni strument tal-paċi tiegħek, il-kanzunetta kienet oriġinarjament miktuba minn Vince Fabri u adattata għall-ensemble Tektek Nota minn Luke Vella. Il-grupp vokali żgħir u żagħżugħ immexxi minn Romina Vella ingħaqad mal-mużiċisti żgħażagħ biex ikanta din il-kanzunetta esklussiva.

Il-prestazzjoni saret bl-iskop li jinġabru fondi għall-familji li ntlaqtu direttament mill-gwerra mdemmija fl-Ukrajna. Kontribuzzjonijiet żgħar li jammontaw għal €500 inġabru minn voluntiera ta’ Caritas Malta biex jiġu tradotti f’ikel, ilma, akkomodazzjoni, u oġġetti tal-iġjene personali.

Tikka Banda qalu li filwaqt li qed jappoġġjaw bis-sħiħ għall-paċi fl-Ukrajna, qed jappellaw wkoll għall-paċi madwar id-dinja kollha.

L-attività kienet organizzata minn Tikka Banda bl-appoġġ sħiħ tas-Suq tal-Belt u b’kollaborazzjoni mal-Caritas Malta.

Ara l-filmat: 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com