Bil-Filmat: Vann Li Kien Qed Iġorr Tfal Attakkat B’Madwar Elf Tir Waqt Li Kienu Qed Jippruvaw Jaħarbu Minn Bucha

 Bil-Filmat: Vann Li Kien Qed Iġorr Tfal Attakkat B’Madwar Elf Tir Waqt Li Kienu Qed Jippruvaw Jaħarbu Minn Bucha

Vann li kien qed jindika li kien qed iġorr tfal safa attakkat minn xejn inqas minn elf tir bil-persuni fih spiċċaw kollha mejta inoċentament.

Din hija ir-realtà tal-attroċitajiet li qed isiru fl-Ukraina mis-suldati Russi fejn qed jeqirdu u joqtlu dak kollu li jsibu quddiemhom.

Il-fotografu Malti Rene Rossignaud jinsab fl-Ukraina u qed ikompli jwasslilna filmati xokkanti ta’ dak li qed jiġri f’dan il-pajjiż. Attakki li r-Russja qed tkompli tiċħad.

Din il-familja bit-tfal kienu qed jippruvaw jaħarbu minn Bucha, fl-Ukraina fejn f’din il-belt inqatlu eluf ta’ nies u tfal innoċenti għal xejn b’xejn. Bħalissa għaddejja investigazzjoni f’din il-belt wara li nstabu oqbra tal-massa mimlija ċittadini ta’ din il-belt maqtula b’mod mill-aktar makabru.

Ara l-filmat:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com