“Bżonn Ta’ Azzjoni Mmedjata Għall-Pazjenti Li Qed Jistennew Operazzjoni Urġenti Fl-Ortopedija” – Il-PN

 “Bżonn Ta’ Azzjoni Mmedjata Għall-Pazjenti Li Qed Jistennew Operazzjoni Urġenti Fl-Ortopedija” – Il-PN

“Hemm bżonn tiġi indirizzata b’ mod immedjat sitwazzjoni li tirrigwarda l-operazzjonijiet ta’ emerġenza fl-Ortopedija.”

Dan qalu l-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għas-Saħħa, Stephen Spiteri, fejn fi stqarrija saħaq li ħafna pazjenti qed isofru minn dewmien inaċċettabli meta l-kundizzjoni medika tagħhom tirrikjedi kirurġija urġenti.

“Dan id-dewmien jista’ jwassal għal kumplikazzjonijiet fuq saħħet dawn l-individwi wħud minnhom anzjani u vulnerabbli,” tenna Spiteri, filwaqt li sostna li n-nuqqas ta’ operating tables, anestetisti u theater nurses huma fatturi li qed iwasslu għal dan.

“Din sitwazzjoni trid tiġi evitata b’soluzzjonijiet evidenti,” saħaq il-Kelliem tal-PN.

Il-Partit Nazzjonalista ilu jisħaq fuq waiting lists u żmien ta’ stennija eseġerat fil-qasam ta’ kura u servizz fl-Isptar Meter Dei li qed inaqqas il-kwalità u l-effiċjenza. “Il-pazjenti Maltin u Għawdxin u l-familjari tagħhom jistħoqilhom aħjar,” temm jgħid il-PN.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com