Ċitazzjoni Għal Sewqan Perikoluż Twassal Għall-Arrest Ta’ Ryan Schembri Wara Tmien Snin Maħrub

Wara tmien snin imfittex mill-Pulizija Maltija, Ryan Schembri ġie arrestat mill-Pulizija Skoċċiża permezz ta’ mandat ta’ arrest Ewropew.
Jidher li Ryan Schembri l-eks sid tal-More Supermarkets inqabad wara li nħarġitlu ċitazzjoni għax inqabad isuq b’veloċità kbira fl-Iskozja.
Huwa kien ħarab minn Malta mal-familja tiegħu fl-2014 wara li għadd ta’ negozjanti kienu qed jiġru warajh biex iħallashom lura tax-xogħol li kien xtara mingħandhom. Ammonti li jlaħħqu madwar €40 miljun f’dejn.
Ryan Schembri kien issemma’ wkoll fil-każ tal-qtil tal-Avukat Carmel Chircop. Huwa kellu wkoll negozju ma’ Adrian Agius tal-Maksar.
Schembri mistenni jasal Malta aktar tard illum u jitressaq quddiem il-Qorti fi tmiem il-ġimgħa.