Cristiano Ronaldo U Martu Georgina Jitilfu Tarbija Minn Tewmin Waqt It-Twelid

 Cristiano Ronaldo U Martu Georgina Jitilfu Tarbija Minn Tewmin Waqt It-Twelid

Christiano Ronaldo flimkien ma’ martu Georgina ħabbru li t-tifel li kellhom miet mat-twelid.

Il-kopja f’Ottubru li għadda kienu ħabbru li kien se jkollhom tewmin, tifel u tifla.

Fil-messaġġ li ħarġu fuq il-mezzi soċjali tagħhom Ronaldo ta’ 37 sena u Georgina ta’ 28 sena qalu li t-twelid tat-tifla biss jista’ jagħtihom is-saħħa biex jgħixu dan il-mument b’tama u kuntentizza.

Huma rringrazzjaw lit-tobba u l-infermiera li kienu hemm biex jagħtuhom is-sapport kollu tagħhom.

“Ninsabu mnikkta b’din it-telfa u qed nitolbu għal privatezza f’dan il-mument diffiċli ferm għalina,” kitbu Ronaldo u martu.

Huma temmew il-messaġġ bili qalu li t-tifel tagħhom se jkun l-anġlu tagħhom u se jibqgħu jħobbuh għal dejjem.

 

View this post on Instagram

 

A post shared by Cristiano Ronaldo (@cristiano)

Ritratti: Instagram

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com