Dalgħodu Jsiru L-Elezzjonijiet Każwali Tal-Partit Laburista
Dalgħodu fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar se jkunu qed isiru l-elezzjonijiet każwali tal-Partit Laburista. L-għadd tal-voti se jkun qed jibda għall-ħabta tad-9am.
B’kollox kien hemm 38 nominazzjoni sabiex jimtlew il-postijiet ta’ kandidati li ġew eletti minn żewġ distretti.
B’kollox iridu jiġu eletti tmien kandidati minn tmien distretti differenti
Ara l-lista sħiħa tan-nomini hawn taħt:
It-Tieni Distrett – Il-post li ċeda l-Ministru Clyde Caruana
Il-Kandidati Laburisti huma: Glenn Bedingfield, Edward Cassar Delia, James Grech, Mark Grech, Joseph Mizzi, Oliver Scicluna u Amanda Spiteri Grech.
It-Tielet Distrett – Il-post li ċeda l-Ministru Owen Bonnici
Il-Kandidati Laburisti huma: Raymond Abela, Alicia Bugeja Said, Edward Cassar Delia, Audrey Demicoli, James Grech, Jean Claude Micallef u Joseph Mizzi.
Ir-Raba’ Distrett – Il-post li ċeda d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne
Il-Kandidati Laburisti huma: Glenn Bedingfield, Herbert Conti, Katya De Giovanni, Oliver Scicluna u Amanda Spiteri Grech.
Il-Ħames Distrett – Il-post li ċeda l-Prim Ministru Robert Abela
Il-Kandidati Laburisti huma: Gianluca Cutajar, Omar Farrugia, Jean Claude Micallef u Joseph Mario Sammut.
Is-Sitt Distrett – Il-post li ċeda l-Ministru Ian Borg
Il-Kandidati Laburisti huma: Malcolm Paul Agius Galea, Sean Apap Meli, Fiona Borg, Joseph Cutajar, Rosianne Cutajar, Katya De Giovanni u Omar Farrugia.
Is-Seba’ Distrett – Il-post li ċeda l-Ministru Silvio Schembri
Il-Kandidati Laburisti huma: Malcolm Paul Agius Galea, Alicia Bugeja Said, Naomi Cachia u Chris Grima.
Id-Disa’ Distrett – Il-post li ċeddew il-Ministri Michael Falzon u Clifton Grima
Il-Kandidati Laburisti huma: Rebecca Buttigieg.
Il-Ħdax-il Distrett – Il-post li ċediet il-Ministru Miriam Dalli
Il-Kandidati Laburisti huma: Anthony Agius Decelis u Romilda Baldacchino Zarb.