Dalwaqt Jintemm Il-Jum Tal-Erbgħa Tat-Tniebri – Kienu Jħabbtu S-Siġġijiet

 Dalwaqt Jintemm Il-Jum Tal-Erbgħa Tat-Tniebri – Kienu Jħabbtu S-Siġġijiet

Illum kien l-Erbgħa tat-Tniebri. Xi jfisser? Dari u anke iżjed lura fiż-żmien, kien mument li fih il-Knisja Kattolika kienet tidħol fil-perjodu tad-dlam għaliex tfakkar meta Ġesù Kristu kien beda jipprepara għal dak li kellu jgħaddi minnu.

Fil-passat, kienet teżisti tradizzjoni li jixgħelu kandilabru b’xemgħa ta’ kulur kannella skur li jitpoġġa fuq il-presbiterju. Kien hemm ukoll drawwa li jintfew ix-xemgħat waħda waħda; ġest li jirrapreżenta l-mument li l-Appostli bdew jabbandunaw lill-Kristu wieħed wieħed, fil-mument tat-talb fil-ġnien tal-Ġetsemani.

L-aħħar xemgħa ma kinitx tintefa’ u kienet tiddaħħal fis-sagristija li minnha imbagħad jinxtegħel il-blandun f’Sibt il-Għid.

Beda jissejjaħ tniebri għaliex bil-mod, kien jitnaqqas id-dawl. Din id-drawwa llum spiċċat. Kandilabru tradizzjonali għadek issibu fil-Knisja tan-Naxxar magħmul mill-ħadid u li jintrama maġenb il-monument. Fin-Naxxar dan il-kandilabru jissejjaħ Barabbas. Fin-Naxxar ukoll, bħal-lum kien hemm drawwa li jħabbtu s-siġġijiet mal-art biex ifakkru l-mument ta’ tensjoni qawwija li Kristu għadda minnha.

Ritratt: Edward Azzopardi – Monument u ‘Barabbas’ – Naxxar

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com