“Dan Is-Soy Sauce Ma Għandux Jiġi Kkunsmat” – Id-Direttorat Għas-Saħħa Ambjentali

 “Dan Is-Soy Sauce Ma Għandux Jiġi Kkunsmat” – Id-Direttorat Għas-Saħħa Ambjentali

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott ma għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli elevati ta’ 3-MCPD.

Deskrizzjoni tal-prodott: Soy Sauce

Isem tal-prodott fuq il-pakkett: Silver Swan – Special Soy Sauce

Ditta: Silver Swan

Volum: 1000ml

Data tad-durabbilità: 16/08/2023

Oriġini: Filippini​

It-3-MCPD huma grupp ta’ kontaminanti li jiffurmaw waqt li jkunu qed jiġu proċessati ż-żjut tal-ikel. F’livelli għoljin dawn jista’ ikollhom effetti negattivi fuq is-sistema riproduttiva tal-bniedem, kif ukoll jistgħu ikunu karċinoġeni.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 2133 7333 mit-8am sas-2:30pm, jew jibgħat email fuq [email protected].

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com