“Dawk Li Ma Kinux Eletti Għad Għandhom Ħafna X’Jikkontribwixxu” – Il-PM Robert Abela
Hekk kif issa l-Elezzjonijiet Każwali tal-Partit Laburista huma lesti u l-Grupp Parlamentari tal-PL kompla jingħaqad, il-PM Robert Abela f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali tiegħu qal li dan il-Grupp Parlamentari għandu ħafna ħidma quddiemu.
“Fl-aħħar snin implimentajna programm leġiżlattiv qawwi u fil-ħames snin li ġejjin għandna ħafna iktar bidliet ambizzjużi xi nwettqu,” qal Robert Abela.
Fil-messaġġ tiegħu rringrazzja lill-kandidati kollha.
“Dawk li ma kinux eletti wkoll kellhom sehem importanti fir-riżultat tal-Partit Laburista u għad għandhom ħafna x’jikkontribwixxu,” temm jgħid il-PM Robert Abela.