“Wara L-Elezzjonijiet Inħossni Fid-Dmir Li Niltaqa’ Wkoll Diversi Drabi Mal-Kunsilli Lokali” – Owen Bonnici
“Xi ħaġa li ili nagħmel diversi drabi wara l-elezzjonijiet hi li niltaqa’ mal-Kunsilli Lokali kollha tad-diversi rħula li nirrappreżenta fil-Kamra tad-Deputati.”
Hekk kiteb il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u Gvern Lokali Owen Bonnici fejn qal li llum beda billi ltaqa’ mal-Kunsill Lokali taż-Żurrieq.
“Grazzi minn qalbi tal-ħidma! Inħares ‘il quddiem li bħalma ħdimna tajjeb ħafna flimkien fl-aħħar snin insaħħu l-koperazzjoni tagħna għall-ġid tal-familji li nirrappreżentaw”, temm jgħid Bonnici.
Min-naħa tiegħu, il-kunsill apprezza dan il-ġest għaliex huwa importanti li l-kuntatt ikun hemm dejjem biex titjieb il-ħidma favur iċ-ċittadini tal-lokal.