Dmugħ Innoċenti – Żgħażagħ Isejħu Għall-Paċi U L-Imħabba Permezz Tal-Mużika

 Dmugħ Innoċenti – Żgħażagħ Isejħu Għall-Paċi U L-Imħabba Permezz Tal-Mużika

Nhar il-Ħamis 14 ta’ April, Tektek Nota youth ensemble se tkun qed tippreżenta mużika għat-tama fis- Suq tal-Belt fi Triq il-Merkanti l-Belt Valletta fil-11:00 am u 12:30 pm

Madwar tletin mużiċisti żgħar u żgħażagħ u ser ikunu qed jagħtu donazzjoni l-ħoss tagħhom nhar Ħamis ix-Xirka filgħodu. Tektek Nota tistieden lil dawk li se jkunu għaddejjin fit-toroq tal-Belt Valletta biex jingħaqdu għall-Ukrajna, jappoġjaw dan l-isforz volontarju fi spazju miftuħ għall-pubbliku ġenerali, jgawdu 45 minuta ta’ għażla mużikali u jkunu ġenerużi b’donazzjoni żgħira biex jgħinu lil dawk li bħalissa għaddejjin minn tbatija kbira minħabba l-gwerra fl-Ukrajna.

Fi tmiem din l-attività volontarja, il-mużiċisti se jkunu qed jiddedikaw biċċa finali bit-titlu “An instrument of your peace” miktuba oriġinarjament minn Vince Fabri u adattata għall- ensemble ta’ Tektek Nota minn Luke Vella. Grupp vokali żagħżugħ immexxi minn Romina Vella se jingħaqad mal-mużiċisti żgħażagħ biex flimkien ikantaw din il-kanzunetta esklussiva.

Din l-inizjattiva hija organizzata minn Tikka Banda bl-appoġġ sħiħ tas-Suq Tal-Belt Valletta u b’kollaborazzjoni mal-Caritas Malta li qed tappella għal donazzjonijiet monetarji għall-poplu tal-Ukrajna permezz tal-Caritas International Emergency Aid Fund.

Il-kunċert huwa bla ħlas u mmirat għal min se jgħaddi minn triq Merkanti, iżda, voluntiera minn Caritas Malta se jkunu preżenti b’bottijiet tal-ġbir biex jgħinu lill-poplu Ukren billi jiġbor kontribuzzjoni żgħira biex tiġi tradotta f’ikel, ilma, akkomodazzjoni u oġġetti tal-iġjene personali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com