Eluf Jattendu Għall-Purċissjoni Tad-Duluri Fil-Belt Valletta
Illejla, eluf ta’ Maltin u saħansitra Għawdxin attendew għall-purċissjoni nazzjonali tad-Duluri fil-Belt Kapitali Valletta. Il-Purċissjoni tradizzjonalment issir ġimgħa qabel il-Ġimgħa l-Kbira iżda saret illum minħabba li sal-Ġimgħa li għaddiet kien għad hemm restrizzjonijiet tal-Covid-19 imposti.
Il-Purċissjoni tmexxiet mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna flimkien ma’ membri tal-kleru.
Fil-purċissjoni nħareġ ukoll il-Kurċifiss Mirakoluż ta’ Ġieżu.
Din kienet l-ewwel darba f’disa’ snin li l-Kurċifiss inħareġ mill-Knisja ta’ Ġieżu, u l-ewwel darba wkoll li l-kurċifiss u l-istatwa devota tad-Duluri nħarġu waqt l-istess purċissjoni.