Emma Titlaq Lejn L-Italja Għall-Eurovision Nhar Il-Ħadd Li Ġej – Awguri Emma!

Il-vjaġġ tal-kantanta Maltija Emma Muscat f’Turin biex tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision se jkun qed jibda nhar il-Ħadd li ġej.
Il-pubbliku u l-ammiraturi tagħha qed ikunu msejjħa sabiex jagħtu l-awgurju u jsellmu lil Emma fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta nhar il-Ħadd, l-1 ta’ Mejju fit-3pm.
F’post fuq il-mezzi soċjali qed ikun imħeġġeġ biex il-pubbliku jieħu miegħu l-bnadar ta’ Malta.
Awguri Emma!