‘Fejn Mar Il-Kwiet?’ – Il-Grupp The Travellers B’Kanzunetta Ġdida
The Travellers għadhom kemm ħarġu single ġdida bl-isem ta’ ‘Fejn Mar il-Kwiet?’.
Ejja nkunu onesti. Il-Malti qatt ma kien wieħed li jħobb l-paċi u l-kwiet. Il-ħajja tipikament Mediterranja hija riflessa fit-tradizzjonijiet u l-kultura tagħna, imżewqa kif nafu aħna. L-għeruq Għarab u Siċiljani għadhom attivi, u sekli sħaħ taħt imperi differenti affetwaw il-mod ta’ kif nidhru u kif ninterpretaw id-dinja ta’ madwarna. Il-problemi tipiċi li naraw fil-pajjiżi madwar il-Mediterran huma simili ta’ dawk li naraw f’Malta però aħna għandna l-problemi tagħna bħala gżira żgħira. Xi kultant inħossu li għalkemm nitkellmu u niddiskutu fuq kif għandna nippreservaw in-natura, nirrispettaw lil xulxin, governanza aħjar, l-apprezzament lejn il-wirt tagħna u kif għandna nieħdu ħsieb il-lingwa; kollox jieqaf hemm. Kollox jieqaf sal-kliem u r-rota tibqa’ ddur bla ebda bidla fundamentali; almenu kif inħossuha aħna. “Fejn mar il-kwiet? Li qatt ma konna famużi għalih!”.
Nitkellmu u niddiskutu, iżda nwettqu? Nikkunsidraw l-impatt li nistgħu nħallu fit-tul bid-deċiżjonijiet li nagħmlu llum? Qegħdin niġru biss wara r-rebħa li jmiss, kull ħames snin? Aktar ma qed jgħaddi malajr iż-żmien, aktar qed naraw b’mod ċar kif “il-kwiet” qed jiġi memorja aktar milli realtà.
Niftakru biss fil-passat mingħajr ma nitgħallmu minnu? Fejn mar il-kwiet?
Ara l-vidjow mużikali: