Fl-2020 Kien Hemm 2,919-il Vittma Ta’ Vjolenza Domestika Li Fittxew L-Għajnuna – 14% Aktar Mis-Sena Ta’ Qabel
Statistika mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika ħareġ li matul is-sena 2020 kien hemm total ta’ 2,919-il vittma ta’ vjolenza domestika u li fittxew l-għajnuna. Dan ifisser żieda ta’ 14% mis-sena ta’ qabel.
79% tal-vittmi li fittxew l-għajnuna kienu nisa, u aktar minn nofs il-vittmi kellhom aktar minn 40 sena.
Mill-Istħarriġ ħareġ li xelters bħal Dar Merħba Bik, Għabex u l-Milja huma l-aktar imfittxija minn dawk taħt it-30 sena, filwaqt li dawk li għandhom ‘il fuq minn 50 sena fittxew l-aktar l-għajnuna mid-Domestic Violence Unit fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ, li b’kollox waħdu dan id-Dipartiment ra 2,321 każ ta’ vjolenza domestika.
87% tal-vittmi ta’ vjolenza domestika li rrapportaw kienu Maltin.