‘Fl-Ort’ – Musical Bil-Malti Li Se Jixxandar Fuq FLiving
Il-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann flimkien mal-Għaqda Festa Esterna ta’ Lordes f’San Ġwann f’dan iż-żmien tal-Ġimgħa Mqaddsa ħadu l-inizjattiva biex jipproduċu l-Musical bil-Malti ‘Fl-Ort’.
Din il-produzzjoni b’mużika ta’ Philip Vella u lirika ta’ Ġiovan Attard se tkun qed tintwera fuq FLiving TV nhar is-Sibt 9, il-Ħadd 10 u l-Ħamis 14 ta’ April fid-9pm.
Se jkunu qed jieħdu sehem fosthom Chris Grech, Mark Tonna, Fabrizio Faniello, Philip Vella, Jomike u Lydon, Haley Azzopardi u Kristy Spiteri
F’messaġġ fuq il-mezzi soċjali tiegħu s-Sindku Trevor Fenech li qed jieħu ħsieb il-produzzjoni eżekuttiva wkoll ta’ din il-produzzjoni qal li “din l-inizjattiva ttieħdet bl-għan li nilħqu lil dawk kollha li jixtiequ jkunu parteċipi fl-inizjattivi u t-tradizzjonijiet tal-Ġimgħa Imqaddsa iżda forsi għalihom huwa diffiċli li joħorġu.”
Ara l-filmat: