F’Malta Bdiet Tingħata T-Tieni Doża Tal-Booster B’Mod Volontarju Lil Anzjani U Vulnerabbli
Minn din il-ġimgħa bdiet tingħata t-tieni doża tal-booster lill-persuni li huma vulnerabbli kif ukoll lill-anzjani li huma residenti fid-djar tal-anzjani.
Dan ħabbru d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne fuq il-mezzi soċjali tiegħu. Huwa qal ukoll li mit-18 ta’ April li ġej pajjiżna se joffri wkoll b’mod volontarju t-tieni doża tal-booster lil anzjani li għandhom ‘il fuq minn 80 sena.
#Malta has as of this week started offering a 2nd #booster dose to immunosuppressed individuals and residents in elderly care homes and will start voluntary rollout to over 80s in the community from 18th April @ECDC_EU @EU_Commission https://t.co/r3RBa3UNXs
— Chris Fearne (@chrisfearne) April 6, 2022