Għawdex Climate Neutral Sal-2030 – “Fattibbli! Imma Biex Nilħquha Rridu Mmorru Lil Hinn Mill-Buzzwords…” – Peter Agius
Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret mitt belt fl-Unjoni Ewropea li se jkunu qed jipparteċipaw f’missjoni sabiex ikunu Climate Neutral sal-2030. Fost dawn l-ibliet hemm Ruma, Madrid, Pariġi u Għawdex. Bliet li ġejjien mis-27 Stati Membri kollha.
F’kumment dwar dan il-Kelliem Ewlieni tal-PN Peter Agius qal li din tista’ tkun kisba għall-poplu kollu, b’opportunitajiet biex jkunu kkreati postijiet tax-xogħol ġodda, investiment f’setturi innovattivi u opportunitajiet għal fondi Ewropej sabiex tinkiseb din il-mira.
“Din mira ambizzjuża iżda fattibbli!” tenna Peter Agius filwaqt li qal li “biex nilħquha rridu mmorru lil hinn mill-buzzwords.”
“Il-gvern irid jara li fuq il-tibdil fil-klima imorru lil hinn mill-paroli għall-fatti,” saħaq Agius.
Huwa qal li s-sitt solar buses li nxtraw b’nefqa ta’ 2,5 miljun euro mill-Ministeru ta’ Għawdex tħallew snin sħaħ żdingata ġo scrapyard fix-Xagħra. “Hekk żgur ma’ nilħqux il-miri!”
Peter Agius temm jgħid li biex tintlaħaq din il-mira, l-gvern għandu jinvolvi lill-atturi kollha tal-ekonomija Għawdxija.