Ħaddiem Sofra Ġrieħi Gravi F’Sit Ta’ Kostruzzjoni F’Ħal Għaxaq
Ħaddiem ta’ 44 sena mix-Xgħajra, Għawdex sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq sellum.
L-aċċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-2:30pm, f’sit tal-kostruzzjoni fi Triq Dawret Ħal Għaxaq, Ħal Għaxaq.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li l-vittma, weġġa’ wara li waqa’ madwar sular minn fuq sellum waqt li kien qed jaħdem.
Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu, u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.