Ħaddiem Ta’ 26 Sena Jindarab Serjament B’Oġġett Tal-Ħadid F’Raħal Ġdid
Ħaddiem Tork ta’ 26 sena li joqgħod Birkirkara sofra ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn oġġett tal-ħadid waqt li kien qed iħott xi affarijiet minn fuq trakk.
L-aċċident seħħ illum, għall-ħabta tal-11am, f’sit viċin Triq Ġuże D’Amato, f’Raħal Ġdid.
Ir-raġel kien assistit minn tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, filwaqt li ttieħed l-isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.