Ħaddiem Ta’ 49 Sena Jindarab Serjament F’Idejh F’Ħal Għaxaq
Ħaddiem ta’ 49 sena minn Ħaż-Żebbuġ sofra ġrieħi serji f’idejh waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ta’ manutenzjoni fuq trakk.
L-aċċident seħħ illum, għall-ħabta tal-11am, fi Triq il-Belt Valletta, Ħal Għaxaq.
Ir-raġel kien assistit minn tim mediku, filwaqt li ttieħed l-isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.