Ħaddiem Weġġa’ Gravi Wara Li Ntlaqat Minn Ħadid F’Sit Ta’ Kostruzzjoni F’San Ġiljan
Aktar kmieni llum, għall-ħabta tas-1:15pm il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident ġewwa sit tal-kostruzzjoni viċin Triq Sant’ Andrija, San Ġiljan.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li ħaddiem ta’ 48 sena, residenti Għajnsielem sofra xi ġrieħi meta intlaqat minn ħadid li waqa’ minn xi għoli.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.