Iċ-Ċkejken Chayan Iħalli Din Id-Dinja
Ilbieraħ filgħodu, Chayan ta’ ħames xhur u nofs mar jiltaqa’ mal-ħallieq. Din it-tarbija tbierket mill-Papa Franġisku ftit jiem biss ilu fil-Bażilika ta’ San Pawl fir-Rabat meta kellu laqgħa ma’ persuni vulnerabbli.
Chayan kellu kundizzjoni tal-qalb. Valerie Ciantar irringrazzjat lil dawk kollha li taw appoġġ lill-familja tagħha u talbet biex jitolbu għalihom f’dawn il-mumenti.
Appellat lil dawk kollha li se jattendu għall-funeral ta’ Chayan nhar is-Sibt li ġej fil-Bażilika tal-Isla biex jilbsu lbies ikkulurit.
Insellmulek Chayan.