Iċ-Ċkejken Kruiven Jgħin Lil Bjorn Formosa – Qed Jitlob L-Għajnuna Tagħkom
Kruiven farrugia ta’ 8 snin, ħareġ b’idea sabiħa biex jgħin lil Bjorn Formosa u lill-Fondazzjoni ALS Malta.
“Irrid niġri 5 kilometri fl-4 ta’ Ġunju li ġej biex ngħin lil Bjorn”, qal Kruiven. Il-ġirja se ssir mill-Mdina sa San Anton fejn se jinġabru fondi b’riżq ALS Malta.
L-għan hu, li jinġabru €1 għal kull metru li jagħmel Kruiven. Tgħid jgħaqqadhom €5,000?
Idħlu : https://efr.alsmalta.org/kruiven-5k-race-for-als-malta u araw kif tistgħu tgħinuh jilħaq l-għan tiegħu.
Awguri Kruiven.