Il-Banda L’Isle Adam Tar-Rabat B’kunċert Sagru – Jiġu Inawgurati Wkoll Żewġ Vari Tal-Ġimgħa L-Kbira Wara Intervent Ta’ Restawr

 Il-Banda L’Isle Adam Tar-Rabat B’kunċert Sagru – Jiġu Inawgurati Wkoll Żewġ Vari Tal-Ġimgħa L-Kbira Wara Intervent Ta’ Restawr

Wara waqfa ta’ sentejn jirritorna il-kunċert annwali għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa fil-Knisja Santa Marija ta’ Ġesù, (Ta’ Ġieżu) ir-Rabat.

Dan il-kunċert ilu jsir sa mill-1998 u jkun organizzat mill-kummissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp bis-sehem tal-Banda Deakana u Ċittadina L’Isle Adam li din is-sena ser tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast William Debattista, li ser imexxi dan il-programm għall-ewwel darba. It-titlu magħżul huwa ‘Consummatum Est’.

Apparti ż-żewġ notturni Popule Meus u Eri Mancipio l-banda ser tesegwixxi xogħolijiet ta’ Bach, Moricone, Elgar Stevens, Jenkins u Bartoli.

Fl-istess serata ser issir l-inawgurazzjoni tax-xogħol ta’ restawr li sar fuq il-vari tal-Ecce Homo u r-Redentur.

Jippresiedi l-Provinċjal u kummissarju tal-Art Imqaddsa Parti Twanny Chircop OFM li wara jinawgura wkoll il-Wirja Bibblika fis-sala ta’ Palazzo Xara. Kollox jibda fis-6.30pm nhar il-Ħadd 10 ta’ April, kulħadd mistieden.

Dan il-Kunċert qed jittella’ bil-koperazzjoni tal-Patrijiet Franġiskani, l-Għaqda Mużikali L’Isle Adam u bl-għajnuna tal-Kunsill Lokali tar-Rabat.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com