“Il-Gvern Se Jkompli Jsostni Garanzija Tal-Ogħla Kura Fir-Residenza Ta’ San Vinċenz De Paule” – Il-Ministru Jo Etienne Abela

 “Il-Gvern Se Jkompli Jsostni Garanzija Tal-Ogħla Kura Fir-Residenza Ta’ San Vinċenz De Paule” – Il-Ministru Jo Etienne Abela

Mill-bidu tal-pandemija, f’San Vincenz de Paule kien hemm attenzjoni speċjali lill-pazjenti li jiġu nfettati bil-Covid-19 fejn bdew jiġu kurati fir-Residenza stess mingħajr bżonn li jkunu trasferiti għall-isptar Mater Dei.

Il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela dalgħodu żar is-swali li jilqgħu lill-anzjani bil-Covid-19 fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paule fejn wassal l-apprezzament tal-Gvern lill-ħaddiema kollha tas-servizz dedikat tagħhom sa mill-bidu tal-pandemija sa issa.

Dan wara investiment ta’ nofs miljun ewro mill-Gvern biex inħoloq dan il-unit (IDU – Infectious Desease Unit – unit attrezzata biex tagħti kura aktar intensiva għall-mard infettiv) b’attrezzament u apparat tal-ogħla livell.

“Il-Gvern huwa grat għas-servizz li tagħtu mill-qalb b’mod kontinwu u hekk ukoll huma l-anzjani tagħna lejkom. Ninsab determinat biex inkomplu nagħtu s-sostenn tagħna lir-Residenza San Vinċenz de Paule f’kull livell biex inkomplu ntejbu s-servizz favur l-anzjani tagħna”, qal il-Ministru Abela lill-ħaddiema, inkluż lit-tobba, konsulenti, professjonisti u nurses.

Dr Josianne Cutajar, Kap Eżekuttiv tar-Residenza spjegat li din il-ħidma setgħet issir bil-kooperazzjoni tal-istaff kollu bħala tim wieħed fejn li kieku ma kienx hekk, ħafna mir-residenti ta’ dipendenza għolja kien ikollhom ikunu trasferiti għall-isptar Mater Dei.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com