Il-Kabinett Ma Jilqax It-Talba Għall-Proklama Li Għamlu L-Aħwa Alfred U George Degiorgio

B’konformità mal-parir tal-Avukat Ġenerali u tal-Kummissarju tal-Pulizija, il-Kabinett tal-Ministri llum iddeċieda li jagħti parir lill-President tar-Repubblika biex ma jilqax it-talba għall-proklama li għamlu fl-4 ta’ April li għadda Alfred u George Degiorgio li jinsabu mixlija bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Fi stqarrija ntqal li d-deċiżjoni tal-Kabinett mhux biss hija bbażata fuq il-parir tal-istituzzjonijiet relevanti, iżda hija meħuda wkoll fl-interess nazzjonali u fl-interess tar-retta amministrazzjoni tal-ġustizzja.