Il-Kaċċa Fuq Il-Gamiema Se Tiftaħ Nhar Il-Ħadd Li Ġej Wara Deċiżjoni Tal-Qorti

 Il-Kaċċa Fuq Il-Gamiema Se Tiftaħ Nhar Il-Ħadd Li Ġej Wara Deċiżjoni Tal-Qorti

L-istaġun tal-kaċċa fuq il-gamiem se jkun qed jibda kif pjanat minn nhar il-Ħadd li ġej.

Dan wara li l-Prim Awla tal-Qorti Ċivili ċaħdet it-talba tal-Bird Life Malta biex ma jinfetaħx l-istaġun tal-kaċċa fuq il-gamiema.

L-Imħallef Audrey Demicoli kienet laqgħet il-mandat tal-għaqda b’mod proviżorju u semgħet b’urġenza t-talba tagħha.

Hija semgħet ukoll l-argumenti li qajmu l-awtoritajiet u r-rappreżentanti tal-kaċċa u rrevokat il-mandat ta’ inibizzjoni.

Dan ifisser li l-istaġun tal-kaċċa fuq il-gamiema se jkun jista’ jiftaħ bejn is-17 u t-30 ta’ April.

Il-kaċċa fuq il-gamiema qed tirritorna wara 5 snin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com