Il-Kap Tal-Partit Nazzjonalista Jaħtar Ix-Shadow Cabinet

 Il-Kap Tal-Partit Nazzjonalista Jaħtar Ix-Shadow Cabinet

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech matul il-ġurnata tat-Tnejn iltaqa’ mad-deputati eletti kollha tal-Partit Nazzjonalista. Huwa assenja lilhom ir-responsabiltajiet tagħhom bħala kelliema tal-Oppożizzjoni.

Huwa rringrazzja lil dawk il-kelliema u deputati li servew fil-ħames snin li għaddew filwaqt li awgura lill-Kelliema l-ġodda għax-xogħol li se jkunu qed iwettqu fix-xhur u s-snin li ġejjin.

Fil-ġranet li ġejjin il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech se jkun qed jassenja wkoll il-ħidma fil-kumitati permanenti tal-Parlament.

Din li hija l-lista sħiħa tal-Kelliema tal-Partit Nazzjonalista:

David Agius

Deputy Speaker u Kelliem għall-Politika Soċjali

Responsabbli mill-politika soċjali, l-politika dwar il-familja, s-sigurta’ soċjali, l-pensjonijiet, u sservizzi ta’ solidarjeta’

 

Robert Arrigo

Kelliem għat-Turiżmu

Responsabbli mis-settur tat-turiżmu

 

Robert Cutajar

Whip, Segretarju tal-Grupp Parlamentari u kelliem għas-Self Employed u Intrapriżi ż-Żgħar

Responsabbli mill-Grupp Parlamentari PN, self employed u l-intrapriżi ż-żgħar

 

Paula Mifsud Bonnici

Assistent Whip, Kelliema għall-Anzjanitá Attiva

Responsabbli mill-anzjani, s-servizzi fil-komunita’ u d-djar għall-anzjani

 

Darren Carabott

Chairperson PAC u Kelliem għall-Gvern Lokali u l-Amministrazzjoni Pubblika

Imexxi l-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, responsabbli mill-Gvern Lokali u l-amministrazzjoni Pubblika

 

Karol Aquilina

Kelliem għall-Ġustizzja

Responsabbli mill-Qrati, l-Avukat ġenerali, l-avukat tal-istat u n-nutar tal-Gvern

 

Graziella Attard Previ

Kelliema għall-Ugwaljanza u d-drittijiet tat-tfal

Responsabbli mill-ugwaljanza, d-drittijiet ċivili, d-drittijiet umani, d-drittijiet tal-minoranzi u l-politika u d-drittijiet tat-tfal

 

Charles Azzopardi

Kelliem għad-Delizzji u l-ġlieda kontra l-għoli tal-ħajja

Responsabbli mill-ħarsien u l-promozzjoni tad-delizzji tradizzjonali inkluż il-kaċċa u l-insib u l-ġlieda kontra l-għoli tal-ħajja

 

Ivan Bartolo

Kelliem għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli u l-ġlieda kontra l-faqar

Responsabbli mill-akkomodazzjoni soċjali u affordabbli, l-awtorita’ tad-djar u l-ġlieda kontra l-faqar

 

Ivan J Bartolo

Kelliem għall-Ekonomija u ħolqien ta’ setturi ekonomiċi ġodda

Responsabbli mill-industrija, ħolqien ta’ setturi ekonomiċi ġodda, l-Airmalta, l-ekonomija diġitali u l-intelliġenza artifiċjali

 

Toni Bezzina

Kelliem għall-Agrikoltura u s-Sajd

Responsabbli mill-politika rurali, s-sigurta’ tal-ikel, l-agrikoltura, s-sajd u l-akwakultura

 

Graham Bencini

Kelliem għall-Isport u x-Xandir Nazzjonali

Responsabbli mill-politika dwar l-isport, il-kumplessi sportivi, l-ġlieda kontra l-obesita’ u x-xandir Nazzjonali

 

Bernice Bonello

Kelliema għaż-Żgħażagħ u l-fondi Ewropej

Responsabbli mis-settur taż-żgħażagħ u l-fondi Ewropej

 

Alex Borg

Kelliem għal Għawdex

Responsabbli mill-affarijiet dwar Għawdex

 

Eve Borg Bonello

Kelliema għat-tibdil fil-Klima

Responsabbli mill-politika dwar it-tibdil fil-klima

 

Claudette Buttigieg

Kelliema għal-libertajiet ċivili, d-djalogu soċjali u l-ġlieda kontra d-dijabete

Responsabbli mill-libertajiet ċivili, d-Djalogu Soċjali u l-MCESD u l-ġlieda kontra d-dijabete

 

Ryan Callus

Kelliem għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Infrastruttura

Responsabbli mix-xogħolijiet pubbliċi, l-manifattura u s-servizzi u l-proġetti Infrastrutturali tal-Gvern

 

Jerome Caruana Cilia

Kelliem għall-Finanzi

Responsabbli mis-settur tal-finanzi, t-tassazzjoni u s-servizzi finanzjarji

 

Ivan Castillo

Kelliem għas-settur Marittimu u x-Xogħol

Responsabbli mill-affarijiet Marittimi, l-freeport, il-portijiet, il-politika nazzjonali dwar ix-xogħol, il-ħolqien ta’ impjiegi, Jobsplus u r-relazzjonijiet industrijali

 

Janice Chetcuti

Kelliema għall-Ambjent, Ħolqien ta’ Spazji ġodda u Drittijiet tal-annimali

Responsabbli mill-qasam tal-ambjent, l-afforestazzjoni, l-ħolqien ta’ spazji ġodda u l-ħarsien tal-annimali

 

Rebekah Cilia

Kelliema għall-Artijiet u drittijiet tal-konsumatur

Responsabbli mill-Artijiet u d-drittijiet tal-konsumatur u membru tal-Bord tal-Artijiet f’isem l-Oppożizzjoni

 

Adrian Delia

Kelliem għat-Trasport, Mobilita’ u l-Proġetti Kapitali

Responsabbli mit-trasport, toroq, l-avjazzjoni u l-proġetti kapitali tal-Gvern

 

Beppe Fenech Adami

Kelliem għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ

Responsabbli mir-relazzjonijiet internazzjonali u Ewropej u l-promozzjoni tal-kummerċ

 

Graziella Galea

Kelliema għall-Inklużjoni u l-Volontarjat

Responsabbli mill-Inklużjoni, l-persuni b’diżabilita’ u s-settur tal-volontarjat

 

Joe Giglio

Kelliem għall-Intern, is-Sigurtà u r-Riformi

Responsabbli mill-intern, il-korpi dixxiplinati, l-immigrazzjoni, s-sigurta’, s-servizzi korrettivi, ċċittadinanza u r-riformi

 

Mark Anthony Sammut

Kelliem għall-Enerġija u l-Intrapriża

Responsabbli mis-settur tal-enerġija u l-Malta Enterprise

 

Justin Schembri

Kelliem għall-Edukazzjoni

Responsabbli mis-settur tal-edukazzjoni obbligatorja u edukazzjoni ogħla inkluż l-Universita’ u l-MCAST

 

Stephen Spiteri

Kelliem għas-Saħħa

Responsabbli mill-politika nazzjonali tas-saħħa u mis-servizzi tas-saħħa

 

Ian Vassallo

Kelliem għall-kura Primarja u s-saħħa mentali

Responsabbli milll-kura Primarja u s-saħħa mentali

 

Julie Zahra

Kelliema għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Kultura

Responsabbli mill-wirt nazzjonali, l-arti, l-kultura u l-indsutrija tal-films

 

Stanley Zammit

Kelliem għall-Ippjanar, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni

Responsabbli mill-indafa pubblika u l-manutenzjoni, r-riċerka u l-innovazzjoni, x-xjenza u t-teknoloġija, l-kostruzzjoni u l-ippjanar tal-iżvilupp

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com