Il-Kowċ Ta’ Hibernians Stefano Sanderra Ġie Ppreżentat Bl-Unur Tal-Kowċ Tax-Xahar Għal Marzu

 Il-Kowċ Ta’ Hibernians Stefano Sanderra Ġie Ppreżentat Bl-Unur Tal-Kowċ Tax-Xahar Għal Marzu

Din kienet it-tielet darba f’dan l-istaġun li Sanderra rebaħ dan l-unur. F’Marzu, Hibernians kisbu tliet rebħiet minn daqstant logħbiet. Huma għelbu lil Balzan 1-0 u lil Floriana 4-1 fil-Kampjonat, magħhom wieħed jista’ jżid r-rebħa ta’ 2-1 fuq Żejtun Corinthians fl-Izibet FA Trophy.

Rebħiet li għenu lil Hibernians fil-mixja u l-ambizzjonijiet tagħhom dan l-istaġun li jiksbu d-double.

Kowċ Sanderra rnexxielu jakkwista l-akbar ammont ta’ punti fil-votazzjoni li tittieħed mill-captains tat-timijiet tal-Premier League, mit-team managers, staff tekniku u l-media.

Il-Viċi President tal-Malta FA Adrian Casha flimkien ma’ Mario Bellizzi Marketing Executive ta’ Motors Inc. ippreżentaw it-trofew Kowċ tax-Xahar għal Marzu 2022 lil Stefano Sanderra li għażel lill-Fondazzjoni Puttinu Cares biex tibbenefika mill-għotja marbuta ma’ dan l-unur.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com