“Il-Livelli Li Ntlaħaq Permezz Ta’ Mużika Mużika Huwa Bla Preċedent F’Pajjiżna” – Jason Micallef
Ilbieraħ segwejna u smajna l-21 kanzunetta waqt is-semifinali tal-festival Mużika Mużika, bi spettaklu mill-aqwa tat-talent Malti.
F’messaġġ fuq il-mezzi soċjali tiegħu Jason Micallef iddeskriva din l-ewwel serata bħala lejla mimlija emozzjonijiet u spettaklu ta’ livell għoli.
“Qatt daqs illum il-Kanzunetta Maltija ma kienet daqstant iċċelebrata, u meqjuma, daqs fl-aħħar sentejn, grazzi għal Mużika Mużika,” qal Jason Micallef.
Huwa kompla jgħid li l-livelli li ntlaħaq permezz ta’ Mużika Mużika huwa bla preċedent f’pajjiżna. “Tant, li dal-festival illum meqjus ewlieni minn oħrajn li jiġu organizzati matul is-sena,” temm jgħid Jason Micallef.
Illejla se nkunu qed insegwu l-Lejla tal-Klassiċi, fejn il-kantanti kollha se jkunu qed ikantaw ma’ kantanti mistiedna. Fl-aħħar tas-serata jitħabbru t-12-il kanzunetta finalista li se jgħaddu għall-finali ta’ għada.
X’Taħseb, taqbel ma’ Jason Micallef?