Il-Ministru Li Se Jaqdi Dmiru Ta’ Kirurgu Qabel Jibda L-Ħidma Ministerjali
Fi stqarrija li ħarġet nhar l-Erbgħa li għaddew 30 ta’ Marzu u li fiha tħabbar il-Kabinett il-ġdid, intqal ukoll li l-Prim Ministru Robert Abela ta permess temporanju għal ftit jiem lill-Kirurgu Jo Etienne Abela biex ikun jista’
jopera pazjenti li diġà għamlu tħejjija għall-operazzjoni.
Intqal li dan fl-interess tas-saħħa tal-istess pazjenti. Wara li jtemm dawn l-impenji tiegħu, il-Kirurgu Għawdxi Jo Etienne Abela jkun jista’ jaqdi dmiru fis-sħiħ bħalha Ministru għall-Anzjanità Attiva.