Il-Miżuri Ta’ Prevenzjoni Fil-Knejjes B’Rabta Mal-Pandemija Se Jitneħħew

Minn nhar it‑Tnejn, 2 ta’ Mejju, il‑miżuri ta’ prevenzjoni kontra l‑imxija tal‑COVID‑19 mhux se jibqgħu fis‑seħħ waqt il‑quddiesa u ċelebrazzjonijiet oħra bil‑preżenza tal‑pubbliku fil‑knejjes. Dan wara t‑tibdil fil‑liġijiet mħabbra mill‑awtoritajiet tas‑saħħa l‑ġimgħa li għaddiet u sakemm ma jinħarġux miżuri oħra.
Fi stqarrija l-Kurja tal-Arċisqof qalet li hu rrakkomandat li fil‑knejjes jibqa’ jintuża s‑sanitiser speċjalment minn dawk involuti direttament fiċ‑ċelebrazzjoni tal‑quddiesa, fosthom dawk li jqarbnu.
Il-Kurja ħeġġet lill-Insara sabiex jattendu għaċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa fil-knejjes, b’mod partikolari fil-jum tal-Ħadd.
Ritratt: Facebook / Archdiocese of Malta