Il-Papa Franġisku Jippreżenta Warda Tad-Deheb Lill-Madonna Ta’ Pinu
Waqt iż-żjara tal-Papa Franġisku fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu f’Għawdex huwa għamel ħin ta’ talb fil-kappella quddiem il-kwadru devot tal-Madonna ta’ Pinu.
Il-Papa Franġisku talab fis-skiet flimkien mal-Isqof t’Għawdex Anton Teuma u l-isqof ta’ Malta Charles Scicluna flimkien ukoll mal-Kardinal Mario Grech. Wara l-Papa Franġisku ppreżenta Warda tad-Deheb quddiem l-istess kwadru tant devot mal-Maltin u l-Għawdxin u talab tliet Ave Marijiet.
Wara l-Papa Franġisku ħareġ mis-Santwarju fejn bierek diversi persuni li kienu preżenti fosthom persuni b’diżabilità jew mard serju. Huwa mexxa laqgħa ta’ talb fil-pjazza ta’ quddiem is-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu quddiem eluf ta’ nies preżenti.