Il-Papa Jitlob Sabiex Ma’ Jgħaddix Minn Fuq Il-Flyover Tal-Marsa

 Il-Papa Jitlob Sabiex Ma’ Jgħaddix Minn Fuq Il-Flyover Tal-Marsa

F’dawn l-aħħar jiem il-Knisja f’Malta nediet diversi inizjattivi bħala parti mit-tħejjija għall-Vjaġġ Appostoliku tal-Papa Franġisku f’Malta. Bħalissa l-preparamenti huma fl-aqwa tagħhom sabiex għada fl-10am il-Papa Franġisku jiġi milqugħ f’Malta.

Filwaqt li l-pjan taż-żjara issa huwa lest, fl-aħħar siegħat kien hemm numru ta’ aġġustamenti sabiex ikun aċċertat li din iż-żjara timxi kif pjanat u skont ix-xewqa tal-Papa.

Ilbieraħ waslu Malta l-vetturi li se jintużaw mill-Papa tul iż-żjara. Dawn huma l-karozza Fiat Cinquecento li l-Papa juża f’Ruma u ż-żewġ Pope Mobiles.

Fuq talba tal-Gwardji Żvizzeri l-Papa mhux ser ikun qiegħed jgħaddi minn fuq il-flyovers il-ġodda tal-Marsa u dan wara l-kontroversja li kienet qamet f’Novembru tal-2019 fuq l-istruttura ta’ dawn il-flyovers. Minkejja li dak iż-żmien il-Ministru għat-Trasnport u l-Infrastruttura Ian Borg kien ċaħad l-allegazzjonijiet mill-Perit Toni Bezzzina, jidher li d-dubji fuq ‘expansion joints’ baqgħu hemmek u għalhekk ġie deċiż li tinbidel ir-rotta tal-Papa.

Intant waqt konferenza tal-aħbarijiet, ilbieraħ l-Isqof Galea Curmi appella biex in-nies joħorġu fil-lokalitajiet differenti biex isellmu lill-Papa filwaqt li spjega li filwaqt li hu tajjeb li joħorġu jistennewħ, il-Papa mhux ser ikun qiegħed jieqaf quddiem kull Knisja.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com