Il-Partit Laburista Jfakkar L-Irvellijiet Tat-28 Ta’ April 1958

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela sellem il-memorja ta’ dawk kollha li nhar it-28 ta’ April 1958 ħarġu b’kuraġġ minn ġewwa djarhom sabiex isemmgħu leħinhom kontra l-inġustizzji li kienu qed iħabbtu wiċċhom magħhom il-ħaddiema Maltin taħt il-ħakma Ingliża.
L-amministrazzjoni tal-Partit Laburista, Żgħażagħ Laburisti u membri tal-GWU akkumpanjaw lill-Prim Ministru quddiem il-monument f’Raħal Ġdid biex ifakkru dawn l-rvellijiet.
Fi stqarrija l-PL tenna li dan kien wieħed mill-avvenimenti kruċjali fil-ġlieda għad-drittijiet tal-ħaddiem.