Il-Partit Nazzjonalista Jilqa’ L-Aħbar Li Se Jkomplu Jonqsu R-Restrizzjonijiet Marbuta Mal-Pandemija

 Il-Partit Nazzjonalista Jilqa’ L-Aħbar Li Se Jkomplu Jonqsu R-Restrizzjonijiet Marbuta Mal-Pandemija

Il-Partit Nazzjonalista f’reazzjoni għal dak li ħabbar id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne dalgħodu qal li jilqa’ l-aħbar li se jkomplu jonqsu r-restrizzjonijiet marbuta mal-pandemija.

Il-Partit Nazzjonalista tenna li ilu jisħaq li għandu jkun hemm iktar fiduċja fil-poplu u għalhekk l-introduzzjoni ta’ self-testing kits.

Intqal li dan se jkompli jgħin biex il-virus ikun jista’ jiġi kkontrollat b’mod aħjar filwaqt li ma jiġux imxekkla l-libertajiet tal-individwu.

Il-Partit Nazzjonalista saħaq biex filwaqt li r-restrizzjonijiet ikomplu jonqsu, għandu jkun hemm rispett u r-responsabbiltà lejn xulxin bħala individwi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com